Societas Linguistica Europaea
Is-Societas Linguistica Europaea (SLE) hi l-Għaqda Ewropea tal-Lingwistika. Il-membri tagħha jistgħu jkunu ġejjin jew mill-Ewropa jew minn barra l-Ewropa. L-għan tagħha hu li xxerred u ssaħħaħ l-istudju tal-lingwa fl-aspetti kolla tagħha sew fil-pajjiżi Ewropej u sew lil hinn mill-kontinent.
Issieħeb mas-Societas Linguistica Europaea
Il-membri jkunu intitolati għal ħarġa annwali tal-Folia Linguistica u l-Folia Linguistica Historica, żewġ rivisti tal-lingwistika li huma peer reviewed u li l-kontribut xjentifiku tagħhom hu rikonoxxut fuq skala internazzjonali.
Aktar tagħrif Applikazzjoni bl-InternetMin hu diġà membru tas-Societas Linguistica Europaea
Il-membri tal-SLE jistgħu jidħlu fir-Rokna tal-Membri tal-SLE, minn fejn jistgħu jibdlu d-dettalji personali tagħhom, jiċċekkjaw meta tiskadi s-sħubija, u jistgħu jġedduha wkoll. Is-sħubija tista’ tiġġedded jew direttament mis-sit bil-karta ta’ kreditu jew billi tintbagħat il-formola tat-tiġdid tas-sħubija.